Main >> Cultures & Beliefs >> Christianity

 
Knisja 2000 (Maltese Article)

This is an article written by Lino and Rita Sultana, responsibles of the First Neo-Catechumenal Community of the "Immaculate Conception" Parish, Hamrun, Malta. It was published by the local Dominican magazine Knisja 2000 in 1997. The community in Hamrun is the first community born in Malta in December 1973. The catechists were Eusebio Astiasio, Giuletta Cascino, Don Giacomo Calabrese and Enrico Gioia. Eternally grateful.
 

 Il-Mixja Neo-Katekumenali

Gesù Kristu jhobb hafna l-Knisja tieghu. U ghalhekk, matul z-zminijiet, huwa jqajjem karizmi bl-iskop li jaghtu twegiba ghall-problemi li tkun qed tiffaccja l-Knisja tieghu fl-isforz taghha li tkun "dawl ghall-gnus". Karizma hija rigal ta' Alla. Titwieled minn esperjenza hajja ta' ragel jew mara li Alla jaghzel ghal dan il-ghan. Il-mixja neokatekumenali hi karizma. Karizma approvata mill-Knisja. Fit-30 ta Awissu 1990, f'dokument ufficjali, il-Papa Gwanni Pawlu II stqarr : "Jiena naghraf il-Mixja Neokatekumenali bhala itinerarju ta' formazzjoni kattolika, valida ghas-socjetà taghna u ghal-zminijietna. Hi ghalhekk ix-xewqa tieghi li Huti fl-Episkopat - flimkien mal-presbiteri taghhom - jivvalorizzaw u jghinu din il-hidma ghall-evangelizzazjoni l-gdida halli din issehh skond il-linji proposti minn dawk li bdewha."

Guvni normali

Din il-karizma ghandha storja ricenti hafna - Spanja, fil-bidu tas-sittinijiet. Guvni jismu Kiko Arguello. Zghazugh normali, pittur, bla ebda pretensjonijiet specjali fil-hajja. Imma Alla ghazel lilu. U meta Alla jaghzel lil xi hadd, ma jhallihx kwiet. "Bdejt ntella' mostri ta' l-arti; hafna nies ghonja gew jitolbuni naghmilhom portraits - kont ninqala ghal din it-tip ta' pittura. Bdejt naghmel hafna flus. Imma kont inhossni vojt ghaliex f'daqqa wahda indunajt li dan ma kienx jinteressani. Inpingi... ghalfejn? Biex naghmel il-flus. U naghmel il-flus, ghalfejn? Biex immur man-nisa? Ga kelli wahda. Biex nghix. Imma ghalfejn nghix? Is-sens profond ta' hajti kien mejjet. Indunajt li jekk inkompli hekk kont se noqtol lili nnifsi...

Alla kien qed ifittixni. Il-pass li kien imiss kien li mmur fil-kamra tieghi u nsejjah lil dan Alla, ma stajtx inkompli hekk. U ghalhekk sejjaht, ghajjat lil dan Alla. Ghalija l-iskandlu tal-kattolicizmu kien li ma stajtx naccetta nies li jmorru l-knisja hekk, biex imorru, ghaliex il-knejjes kienu mimlija. Meta kelli hmistax il-sena kont immur ma' hbiebi l-quddies, konna noqghodu fuq wara. Ma kienx hemm predikazzjoni dak iz-zmien, qanpiena zghira kienet ddoqq u kulhadd kien joqghod gharkubtejh; imbaghad kienu jqumu bilwieqfa. Jiena hallejt dik it-tip ta' liturgija. Barra minn hekk, jiena kont nara li fid-dar il-flus kienu l-qofol ta' kollox ghall-missieri, problemi d-dar...

Jiena sejjaht lil Alla u tlabtu biex jghini. U bqajt imbellah meta f'daqqa wahda skoprejt fija nnifisi li Alla jezisti, li jiena nezisti; xi haga gewwa fija kienet qed tghidli li Alla qieghed hemm. Niftakar li bdejt nibki, dmugh beda niezel minn ghajnejja. Bkejt ghax hassejtni grazzjat. Hu bhal meta xi hadd li kien gie ikkundannat ghall-mewt, se joqtluh, u fl-ahhar jghidulu : gejt mahfur! Dan miskin jinfaqa' jibki ghaliex ma jridtx jemmen lill-widnejh. Dhalt fil-kappella - kont fil-kappella meta gara dan - mejjet, u f'dak il-hin, b'xejn, grazzja, gejt moghti c-certezza li Alla jezisti, certezza li ma kienetx gejja la mir-raguni u lanqas mill-intwizjoni tieghi imma minn xhieda fl-ispirtu tieghi....

Mela, jekk Alla jezisti, x'se naghmel? Qomt u mort fi Knisja biex nghid lil qassis : 'Irrid insir nisrani'. Sibt qassis u hu qalli : 'mela mhintiex mghammed?' Jiena wegibtu : 'Iva'. 'Ma ghamiltx il-precett?' U jiena ghedtlu : 'Iva'. 'Tridni nisma' l-qrara tieghek?' Jiena ghedtlu : 'Le, Father, irrid insir nisrani'. Hu ma fehmniex. ...."1

Hawnhekk Kiko ghadda minn esperjenza religjuza qawwija. Mar il-Cursillos de Cristianidad. Beda jaqra l-Iskrittura. Il-Mulej nezzghu mill-pregudizzji kbar li kellu kontra l-knisja, l-parrocci, l-kleru. Il-pittura tieghu tbiddlet radikalment u bdiet ssir aktar religjuza. Beda jmur quddies kuljum. Qara l-kitba kollha ta' San Gwann tas-Salib u Santa Tereza. Alla tah xi sinjali qawwija ghaliex kull profeta irid ikollu sinjali li juru li gej minn Alla. Sinjali u tigrib. Patri Dumnikan, Patri Aguilar, dahhlu fid-dinja tal-arkitettura nisranija. Xtaq isir patri. Imma d-direttur spiritwali tieghu, li kien provincjal tad-Dumnikani, qallu : "Fuq il-vokazzjoni imxi bil-mod; imma fuq dawn il-komunitajiet li nebbhitek il-Madonna fuqhom, dawk iva - din l-ispirazzjoni gejja minn Alla." Mar scholarship fuq l-arkitettura liturgika nisranija madwar l-Ewropa. Hemmhekk iltaqa' ma' Patri Voillame, il-fundatur tal-Little Brothers of Jesus, li tah l-kitba ta' Charles ta' Foucauld. Hekk skopra l-misteru u s-sbuhija tal-hajja mohbija ta' Nazaret.

It-tigdid jigi mill-fqar

"Meta gejt lura minn dan il-vjagg tieghi fl-Ewropa, gejt impessjonat hafna b'dak li rajt fl-Iskandinavja, fejn rajt pajjiz pagan ghal kollox, dinja fejn il-Knisja ma tezistiex, gejt lura imbiddel, determinat li naghmel xi haga. Dak il-hin ghedt : fejn nista' nsib lil Alla? Fejn nista' mmut?  Araw x'indunajt : hemm presenza ta' Alla li hi cara hafna : fil-fqar, f'dawk li qed ibatu; jiena kont zgur li hemmhekk se nsib il-Mulej. Ghaliex kelli laqgha mal-Qaddej ta' Jahweh f'dawk li jbatu. Gara li meta mort id-dar tal-genituri tieghi biex niccelebra l-Milied maghhom, sibt lis-seftura anzjana, tibki fil-kcina. Staqsejtha : 'x'gara, Berta?' Qaltli li binha kien il-habs, li r-ragel taghha ... kellmitni fuq dinja shiha ta' mizerja. Mort maghha, u bqajt imbellah nara lil din il-mara tghix f'gharix tal-kartun u laned ma' disa' uliedha. Ir-ragel kien f'sakra ma jarax art, ragel nofsu immankat li kien jahdem fiz-zibel... Uliedha ... wiehed kellu l-marda tal-Parkinson, l-iehor kien kriminali, l-iehor kien il-habs u gie abbuzat sesswalment. Jien kont gej minn dinja borgiza u hemm quddiemi infethet kuruna socjali tax-xewk, mizerja morali, faqar. ....

Minflok ma skandalizzajt ruhi u hadtha kontra Franco 2 u ghedt 'ha nsir kommunista', f'dik it-tbatija rajt lil Gesù Kristu msallab. ... Irragunajt mieghi nnifsi hekk : jekk Gesù Kristu jigi ghada fit-Tieni Migja tieghu, irrid li lili jsibni gharkubtejja quddiem il-presenza ta' Kristu qalb l-aktar nies imsejkna tad-dinja. U malli ghedt hekk, hallejt kollox u mort nghix fit-tarf tal-belt 3 fejn sibt gharix tal-kartun u l-laned li ma kien joqghod hadd fih u li kien mimli klieb. Hadt mieghi mitrah tat-tiben ghall-art, Bibbja u kitarra. Kienet kesha xxoqq l-ghadam u l-klieb kollha kienu jorqdu mieghi, isahhnuni. ...

Bhal Charles de Foucauld ridt nghix, bla ma nippriedka l-Vangelu, fi hdan riglejn Gesù Kristu msallab fl-aktar nies msejkna tad-dinja. Imma huma ma hallewniex. Bdew jistaqsu bejnithom : 'Min hu dan? Bil-lehja twila u Bibbja, bilfors hu xi protestant!!' Il-girien indunaw li xi haga stramba kienet qed tigri, imma ma fehmu xejn hlief li hi xi haga religjuza. Hekk, jum minnhom sibt fuq is-saqqu tieghi wiehed sakranazz mimli intiena ta' mbid. Kien gabu wiehed mill-girien li qalli : 'Sibtu hemm mitluq fit-triq, kollu demm, u billi ma kontx naf fejn se niehdu, gibtu hawn. Hekk dak il-lejl irqadt ma' dak ir-ragel li ma ridtx jitlaq mill-gharix tieghi. Kien l-ewwel wiehed li gie. ... Fi ftit taz-zmien ma konniex nafu kif se noqghodu kollha fil-gharix. Rieduni nkellimhom fuq Gesù Kristu. Jiena ma kontx naf nitkellem fuq Gesù Kristu... Iz-zingari ghandhom mentalità prattika, saqajhom fl-art hafna. Kien hemm bzonn insib sintezi teologika li kienet kateketika, vera. ....

Qed nghid dan ghaliex l-ewwel katekezi kollha gew mahluqa mill-fqar. Dak li kien qal Papa Gwanni XXIII, li t-tigdid tal-Knisja se jigi mill-fqar, sehh fil-Mixja. Dawn il-katekezi li naghtu fil-parrocci, li minnhom jitwieled kollox, gew mahluqa mill-fqar. .... Hemmhekk permezz ta' fatti indunajt li t-thabbira mhiex xi haga moralista jew filosfika imma xi haga li gejja minn grajja : KRISTU QAM MILL-MEWT! ... Il-Mulej kien ghaddej minn hemmhekk u kien qed jaghtina l-qofol, il-kerigma bdiet tidher.

F'dak l-istess zmien Carmen ghaddiet minn Palomeras, hija hu sejra lejn Bolivia ... Iltaqghet mieghi permezz ta' ohtha u qalet bejnha u bejn ruhha : 'donnu ghandu fidi dan il-guvni; ikun tajjeb jekk jigi maghna Oruru halli jifforma grupp ghall-evangelizzazjoni'. Carmen kienet Israel, ecc. Kellha licenza fit-teologija, kienet studjat mal-professuri tal-liturgija li hadmu fil-Koncilju Vatikan II u giet bil-freskezza kollha tat-tigdid teologiku tal-Koncilju. Carmen kienet tghidli : 'Inti devozzjonali zzejjed! Taf li kien hawn Koncilju?!' U jiena kont nghid : 'Ghaliex ma tmurx lura d-dar u thallini fil-paci mal-fqar?' Sakemm ma ndunajtx li din kienet grazzja ta' Alla ghalija, li Alla kien gabha hawnhekk b'missjoni. ... Kelli mmut ghalija nnifsi, bhal ma hi kellha tmut ghal mod kif jien jien. Ma ahniex mizzewga, jew gharajjes u ma hemm ebda affett ta' dan it-tip. ...

It-trepid

Hekk kollox beda jiccaqlaq. Bdejna niltaqghu halli niccelebraw il-Kelma maz-zingari.... U jiena rajt l-imhabba li Alla ghandu ghal dawn n-nies .... Nassigurakom li hemmhekk kien hemm laqgha ma' l-Ispirtu s-Santu : zingari, prostituti, nies li kienu l-habs, nies bla skola, l-aktar nies fqar li tista' timmagina.... Hemmhekk bdejna niskopru c-Celebrazzjoni tal-Kelma. Dak iz-zmien kont mmur quddies kuljum u billi kelli dawn in-nies kollha jghixu mieghi, u l-klieb, mort mill-gharajjex sal-Knisja... u tletin kelb u z-zingari mieghi. Dhalna l-knisja, konna nintnu daqshiex (qalb l-gharajjex ma kienx hemm la ilma u lanqas elettriku); malli dhalna ahna, in-nies telqu minn posthom. U zingaru bil-barbetti twal - ma kienx imghammed, wara ghammidnieh - qalli : 'Isma', dak li qed tippriedka inti hu l-istess bhal dak li qed jippriedka l-qassis?  Din karità? Qeghdtni f'post u kulhadd warrab minn hemm bil-giri; ghandi l-pesta jiena?'

Irrealizajt li n-nies tal-inhawi ma kienux lesti li jilqghu z-zingari u z-zingari ma kienux lesti li jmorru l-parrocca... Ghalhekk ghamilna xi haga ad experimentum - liturgija qalb l-gharajjex. U bdejna nghixu s-sagramenti b'mod fantastiku. Dawk biss li ahna rajna li huma lesti, setghu jieklu mill-mejda ta' l-Ewkaristija; il-bqija kienu jharsu. Huma kienu jafu haga wahda, li dak "il-hobz" bilfors kien xi haga sabiha hafna; kienu jghiru ghalina. Imbaghad fis-sinjal tal-paci, tghanniq... kien hemm ghaqda. U hekk in-nies, halli jiehdu sehem fl-Ewkaristija, kienu lesti li jaghmlu kollox; dak li kien seraq radd lura dak li seraq u affarijiet ohra. Bdejna naraw tibdil, sinjali ta' hajja."

Il-karizma kollha tal-mixja neokatekumenali qieghed hemmhekk - fil-bidu. Bhal ma fiz-zerriegha hemm is-sigra kollha, hekk f'Palomeras hemm il-mixja neokatekumenali kollha. Billi kien hemm tentattiv mill-Gvern halli jwaqqa' dik l-slum area kollha, Kiko sejjah lill-Kardinal ta' Madrid, il-Kardinal Morcillo, li baqa' imbellah quddiem din ir-rejaltà ta' ghaqda u ta' talb li ra. Mhux talli hekk imma talli ghammar lill-kapillan li jaghtihom il-knisja halli jiccelebraw l-ewkaristija biz-zewg speci (il-Koncilju kienu ghadu qed isir) u bil-bibien maghluqa ghaliex jekk xi hadd mill-parrocca jigi minghajr ma jkun ikkatekizzat jista' jiskandalizza ruhu.

"U ghamilna Ewkaristiji madwar mejda mal-fqar, u kapillan minn Madrid li gie, baqa' skantat jara kif dawn il-fqar jitolbu, kif ikantaw, kif jiehdu sehem fil-liturgija, l-affarjiet li jghidu. U qalli : 'Isma' Kiko, ma nistghux niehdu din fil-parrocca tieghi?' U jiena ghedt : 'Mela le, ha mmorru fil-parrocca'. Morna fil-parrocca tieghu, parrocca middle-class f'Arguelles, imma n-nies ma kenux lesti li jisimghu lil xi hadd jikkatekizzahom, lanqas li xi hadd isejhilhom ghall-konverzjoni. ... Indunajna li n-nies kienu mghottija sewwa hafna u li hemm bzonn ta' mixja ta' nizla, tinzel fl-ilmijiet tal-maghmudija. Kien hemm bzonn tnezza' lin-nies minn idejat foloz. In-nies ma kienux katekizzati, kienu jahsbu li huma nsara, li l-quddiesa tal-Hadd kienet bizzejjed ghalihom. Kienu jikkontestawna l-hin kollu; il-kapillan riedna imma n-nies kienu kontra. Skoprejna, bil mod il-mod, pass pass, il-htiega ta' mixja ta' twellid fil-fidi."

Il-frott

Alla kompla jmexxi din il-karizma. Mons Morcillo kien qalilhom car lil Kiko u Carmen : 'Morru fil-parrocci, imma bil-kapillan fil-qalba'. Madrid, Portugal, Ruma... Illum il-Mixja qeghda f'aktar minn disghin pajjiz, hemm aktar minn 10,000 komunità fi 3000 parrocca f'aktar minn 600 djocesi. U dan kollu f'anqas minn tletin sena. Fil-gzejjer Maltin waslet kwazi mill-bidu nett. F'Ottubru 1973 waslu Malta ekipp ta' katekisti itineranti li kien maghmul mill-koppja Eusebio Astiasio u Giuletta Cascino, presbiteru Benedittin Don Giacomo Calabrese u guvni Taljan Enrico Gioia. L-ewwel katekezi saret f'zewg parrocci - Kuncizzjoni Hamrun u San Bastjan Qormi. Kollox beda b'hafna faqar u fallimenti. Id-dixxiplu ma jistax ikun ahjar mill-Imghallem. Din il-koppja ghadha tati hajjitha ghall-Knisja f'Malta billi tmexxi din ir-rejaltà hawn Malta u Ghawdex. Illum il-mixja qeghda f'diversi parrocci u hawn mal-mitt komunità, b'diversi familji, presbteri, guvintur u xebbiet li offew hajjithom halli jwasslu din l-ahbar t-tajba f'diversi postijiet tad-dinja.4

Gesù Kristu pogga kriterju biex tiddixxerni sewwa jekk xi haga hix gejja minn Alla jew le : hares lejn il-frott tas-sigra. Bil-grazzja u s-sahha ta' Alla, il-frott hu enormi. Il-Papa stess jsemmi "il-vitalità gdida li tanima l-parrocci, l-impenn missjunarju, u l-frott ta' konverzjoni li twarrad mill-hidma dedikata ta' l-itineranti u dan l-ahhar mill-hidma tal-familji li qed jevangelizzaw f'zoni skristjanizzati fl-Ewropa u fid-dinja kollha; il-ghadd kbir ta' vokazzjonijiet ghall-hajja religjuza u ghall-presbiterat li hargu minn din il-Mixja u t-twaqqif ta' kulleggi djocesani ta' formazzjoni ghall-formazzjoni ta' presbiteri ghall-evangelizzazzjoni l-gdida" (1990). F'anqas min tmien snin gew ffurmati mat-tletin seminarju djocesan Redemptoris Mater li jhejju presbiteri ghall-evangelizzazzjoni l-gdida - il-vokazzjonijiet li jimlew dawn is-seminarji kollha gejjin mill-mixja neokatekuemnali. Insibuhom f'Madrid, Ruma, Warsaw, Bangalore, Newark, Denver, Medellin, Bogotà, Callao (Peru), Takamatsu (Gapan)... Fl-1994, il-Papa kien qed jemfasizza l-kontribut li dawn il-komunitajiet qed jaghtu halli jsalvaw il-familja, li illum tinsab fi krizi shiha fid-dinja kollha : "L-esperjenza taghkom fil-Mixja, li issa ilha hafna snin, uriet bic-car li l-komunità z-zghira, mitmugha bill-Kelma t'Alla u l-Ewkaristija tal-Hadd issir post ta' komunjoni, fejn il-familja tiskopri s-sens u l-ferh tal-missjoni bazika taghha li tghaddi l-hajja kemm naturali kif ukoll sopranaturali...." Wara l-Jum Dinji taz-zghazagh qamet l-ghajta ghall-missjonijiet popolari li tant qed ihallu frott fil-parrocci.

Inizzjazjoni fil-fidi

Il-Papa ghandu l-ministeru li jiddixxerni.  "Il-mixja taghkom tixrob mill-ispirtu tat-Tieni Koncilju Vatikan II u toffri ezempju ta' evangelizzazjoni gdida li tati tama lill-Knisja, hija u qeghda fuq l-ghatba tat-tielet millenju. Hu kredtu taghkom li ergajtu skoprejtu predikazzjoni li hi kerigmatika, li ssejjah ghall-fidi wkoll lil dawk li huma 'l boghod, billi toholqu itinerarju ta' wara l-maghmudija fuq l-indikazzjonijiet ta' l- Ordo Initiationis Christianae Adultorum, u mtenni fil-Katekizmu tal-Knisja Kattolika (n. 1231). Fil-qalba ta' dan il-vjagg tal-fidi hemm sintezi ghammiela ta' predikazzjoni, bidla fil-hajja morali u liturgija. Dan kollu jsehh f'komunitajiet zghar fejn ir-riflessjoni tal-Kelma t'Alla u s-sehem fl-Ewkaristija joholqu celluli hajjin ta' xhieda ghall-verità intom u tghixu fidi b'mod radikali." (Papa Gwanni Pawlu II fl-1994)

Il-mixja ghandha bazi. F'Palomeras, Kiko u Carmen skoprew trepid li fuqu tistrieh il-Mixja Neokatekumenali : Kelma, Liturgija hajja u Komunità. Il-Koncilju jitkellem fuq dan it-trepid erba' u hamsin darba. Il-Koncilju gedded il-liturgija. Il-mixja neokatekumenali ghandha l-ghan li twassal dan it-tigdid fil-parroccî. Il-liturgija hi mehtiega ghaliex il-katekezi trid adattament liturgiku.

Dan kollu jsir matul process li jiehu s-snin. Process ta' inizjazjoni, ta' dahla, dahla fejn wiehed mhux jghola u jsir ahjar imma jinzel u hekk jinza minn hafna idejat u pretensjonijiet foloz fuqu nnifsu, sakemm l-gisem tal-bniedem il-qadim jeghreq fl-ilmijiet tal-maghmudija sabiex il-bniedem il-gdid, li hu holqien gdid, johrog minn hemm, bhala komunjoni. Bniedem b'natura divina. Sa mill-bidu, il-mixja neo-katekumenali dehret bhala zmien ta' formazzjoni, zmien li ghandha bidu u ghandha tmiem - hemm diversi parrocci fejn l-ewwel komunitajiet spiccaw il-mixja neokatekumenali taghhom. F'dan is-sens mhihiex moviment imma ghodda ta' formazzjoni fil-fidi fil-parrocca.

Hemm zewg tipi ta' pastorali. Pastorali sagramentarja li temfasizza l-presenza ta' Gesù Kristu presenti fis-sagramenti u l-htiega li ahna niltaqghu mieghu hemmhekk. U pastorali ta' evangelizzazjoni li trid tilhaq lil dawk li ma ghadx ghandhom fidi adulta bizzejjed biex jaraw lil Gesù Kristu prezenti fil-qassisin, tabernaklu, quddies, qrar, fqar, morda... Illum anke hawn Malta l-mewg tas-sekularizzazzjoni hakem gmielu. U f'xi parrocci ghandna hamsin fil-mija tan-nies li ma ghadhomx imorru regolarment Knisja. Kif se nilhqu dawn in-nies? Ghaliex Gesù Kristu miet anke ghal dawn in-nies. Ghandna d-dmir li nwasslu l-Vangelu lillhom. Hu Kristu li jaghti l-hajja.

Ghalhekk waqt li nkomplu nsahhu l-pastorali ta' sagramentalizzazzjoni - thejjija ghall-maghmudija, ghaz-zwieg, home visiting, quddies, qrar, hidma ta' karità - hemm bzonn noholqu pastorali ohra ghal dawk in-nies li tilfu l-fidi f'dawn il-presenzi ta' Gesù Kristu. Din issir billi jinholqu fil-parrocca komunitajiet zghar li jinhabbu fil-qies tas-salib u li "huma haga wahda bhal ma l-Missier u Jien ahna haga wahda". Din it-tip ta' mhabba u din it-tip ta' ghaqda tohloq mistoqsijiet serji li jiddisponu lil dawk li ma ghandhomx fidi halli jisimghu l-predikazzjoni ta' l-ahbar it-tajba. Ghalhekk pastorali post-konciljari tehtieg 'sptar' pastorali-kateketiku fil-parrocca fejn dawk in-nies li huma morda spiritwalment jigu bil mod il-mod ikkurati u mdahhla fil-Knisja. Il-Papa sejjah il-mixja "laboratorju sagramentali".  Ghalhekk hawnhekk mhux il-kaz li jkun hemm moviment iehor fil-parrocca (il-movimenti huma tajbin u qaddisa u qed jaghmlu gid immens). U lanqas li noholqu xi elite. Il-mixja neokatekumenali hi xi haga ohra : hi mixja fil-parrocca ghall-adulti halli jidhlu fil-fidi nisranija, halli jghaddu minn religjozità ghall-fidi. U dan isir f'komunitajiet zghar hekk li l-parrocca ssir bil mod il-mod komunità ta' komunitajiet.

Din id-dahla ghandha l-fazijiet taghha. Bhal Marija. Marija l-ewwel irceviet ahbar, li hi xbiha tal-kerigma. Imbaghad kien zmien ta' tqala sakemm wara disa' xhur welldet. Imbaghad Gesù kiber gewwa familja, il-familja ta' Nazaret sakemm telaq mid-dar halli jimxi lejn "is-siegha tieghu". Il-mixja tibda b'katekezi li hi din it-thabbira ta' l-anglu lil Marija. Wara din it-thabbira, l-ahwa jigu mqeghda f'komunità bhal guf. Il-komunità ghandha l-missjoni li turina kemm il-fidi taghna hi zghira, kemm hu impossibli taccetta lill-iehor meta l-iehor huwa daqshek differenti minnek. Hafna jaslu l-Knisja morda spiritwalment, f'sitwazjonijiet serji ta' dnub. Hadd ma jista' jippretendi xejn minnhom. Ghandhom bzonn ta' liturgija adattata ghalihom, ghandhom bzonn ta' kura specjali. Il-Knisja trid iggorhom fuq spallejha bhar-Raghaj it-tajjeb.... l-ewwel passagg, is-Shemà, it-tieni passagg, dahla ghat-talb, traditio u redditio symboli, dahla fil-Missierna, ghazla...

Ovvjament, l-ahwa grati li sabu f'Gesù Kristu bhala s-Salvatur ta' hajjithom u fil-Knisja Omm li welldithom ghall-hajja gdida, jsiru huma stess appostli u profeti. Fil-qies li timmatura l-fidi taghhom jibdew jiehdu sehem attiv fil-hidma tal-parrocca b'servizz lejn il-Knisja u janimaw dak kollu li l-kapillan jirrikjedi minnhom.

Sintezi originali tal-kristjanezmu kollu kemm hu

"Il-mixja neokatekumenali hi msejjsa fuq ghadd ta' veritajiet fundamentali insara : l-ahbar tal-qawmien mill-mewt ta' Gesù Kristu, il-Qaddej ta' Jahweh, is-sens tas-salib ta' kull bniedem, is-sejbien mill-gdid tal-Maghmudija bhala l-ghan li lejh in-nisrani irid ihares, il-katekumenat bhala mixja ta' konverzjoni u fidi, il-komunità bhala twettiq tal-Knisja," il-Kelma ta' Alla bhala grajja illum, l-Ewkaristija bhala memorjal tal-mewt u l-qawmien ta' Gesù Kristu, il-gradwalità ta' dahla fil-hajja nisranija adulta.... "Hija sintezi originali tal-kristjanezmu kollu kemm hu. Ma ghandhiex spiritwalità proprja taghha ... Fid-dinamizmu taghha kull realtà nisranija tikseb xejra partikulari u bil-mod il-mod issib postha fil-Knisja... Hi inizjattiva postkonciljari : wiehed ghandu jzomm il-Koncilju f'mohhu, it-tigdid liturgiku, bibliku, ekklezjologiku... li qieghed fil-bazi tal-mixja. In-novità taghha hi l-genju li ghaqqad dan kollu flimkien biex tah il-hajja u ghamlu haga wahda dinamika...." 5

Hija grazzja kbira. Ahna grati li Alla tana din il-mixja neokatekumenali f'hajjitna. Hi salvat iz-zwieg taghna. Hi tatna l-grazzja li ninfethu ghall-hajja. Tatna mhabba lejn il-Knisja. Tatna sens missjunarju universali. Tatna sens f'hajjitna. Permezz taghha, l-Knisja qed tatina l-fidi. U ta' dan, qatt ma nistghu nkunu grati bizzejjed.

Lino u Rita Sultana



1. Din l-esperjenza hi mehuda minn katekezi li Kiko Arguello ghamel quddiem l-Isqfijiet ta' l-Amerika fl-1992 gewwa Santo Domingo. Hi katekezi twila hafna - hawnhekk ghazilna siltiet qosra minnha.

2. Il-gvern ta' dak iz-zmien fi Spanja.

3. Palomeras, Madrid.  

4. Ghall-aktar dettalji fuq kif il-Mixja bdiet Malta, ara Il-Komunitajiet Neokatekumenali, Dixxerniment Teologiku, miktub mill-Isqof Ricardo Blàzquez, mahrug mill-Media Centre, 1989, pp. 77-80

5. R. Blazquez, Il-Komunitajiet Noekatekumenali - Dixxerniment Teologiku, Media Centre 1989 pp. 6-7. Xi biblijografija : E. Pasotti, The Neo-Catechumenal Way, St. Paul's Publications London 1995; G. Zevini, Il Cammino Neocatecumenale : Itinerario di maturazione nella fede, in AA.VV., Movimenti Ecclesiali Contemporanei: Dimensioni storiche, teologico-spirituali ed apostoliche, LAS, Rome, 1982, pp. 231-267; G. Gennarini, 'The Role of the Christian Family in Announcing the Gospel in Today's World' L'Osservatore Romano, English Edition (19 October 1987) 18-19; The Neo-catechumenal Way" The Tablet (19 March 1988); John Paul II "Address to Itinerant catechists" L'Osservatore Romano, English Edition (2 February 1994) 10-11; "Epistola R.P.D. Paulo Iosepho Cordes, episcopo tit. Naissitano, Delegato 'in persona" ad Communitates Novi Catechumenatus" AAS 82 (1990) 1513-1515; Paul VI, "Address to Neocatechumenal Communties" Notitiae 95-96 (1974) 230; J.A. Di Noia, Neo-Catechumenal Way in New Catholic Encylcopedia Volume XIX Supplment 1989-1995, Washington DC 280-281.


| Home | Neocatechumenate | Back | Next |

Father Pius Edwin Sammut
Discalced Carmelite
pius@cheerful.com